Żagħżugħ ta' 25 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa' minn fuq is-sur fi Triq San Bastjan.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-erbgħa nieqes kwart ta’ filgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fil-limiti tal-Fossa l-Belt, minħabba li kien weġġa’ ġuvni.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma lIsptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi serji.
Bil-Każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Marsanne Farrugia LL.D li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja