Ċirku ta' kriminali li serqu mal-$100 miljun jitkisser bl-involviment tal-Pulizija Maltija
Tmien persuni arrestati wara li serqu miljuni minn persuni ta' profil għoli

More in Kronaka
Tmien persuni arrestati wara li serqu miljuni minn persuni ta' profil għoli
Total ta' tmien kriminali kienu arrestati nhar id-9 ta' Frar wara investigazzjoni internazzjonali - li kienet tinkludi wkoll lill-Korp tal-Pulizija Malti - dwar serje ta' attakki magħrufin bħala 'sim-swapping' u li kellha fil-mira diversi vittmi ta' profil għoli fl-Istati Uniti. Dawn l-arresti fil-fatt isegwu arrest ieħor f'pajjiżna u ieħor fil-Belġju ta' membri li huma parti mill-istess xibka kriminali.
Dawn l-attakki orkestrati minn din ix-xibka ta' kriminali kellha fil-mira eluf ta' vittmi matul l-2020, inkluż influencers, stilel tal-isports, mużiċisti u l-familji tagħhom. Huwa mifhum li b'kollox il-kriminali serqu iktar minn $100 miljun fi cryptocurrencies wara li illegalment serqu l-aċċes għall-mowbajls ta' dawn il-vittmi.
L-investigazzjoni kienet waħda konġunta bejn l-awtoritajiet tar-Renju Unit, il-Belġju, l-Istati Uniti, Malta u l-Kanada.
Din l-investigazzjoni bdiet fir-Rebbiegħa tal-2020 u kixfet kif xibka ta' madwar tnax-il kriminal, ħadmu flimkien għall-aċċess tan-numri tal-mowbajl tal-vittmi u ħadu kontroll tal-apps u l-accounts billi biddlu l-password. Dan iffaċilità s-serq ta' flus, cryptocurrency u informazzjoni personali. Dan it-tip ta' reat huwa msejjaħ sim-swapping għaliex essenzjalment jisraq is-SIM ta' mowbajl u jgħaddi n-numru lil SIM li hija ta' membru taċ-ċirku kriminali.