Isofri minn ġrieħi gravi wara li jaqla' daqqa ta' arma bil-ponta

Ġlieda dalgħodu f'Pembroke tħalli raġel l-Isptar

Illum, għall-ħabta tas-6:30 a.m. il-Pulizija ġiet infurmata li fi Triq Sir Adrian Dingli, Pembroke, hemm persuna feruta.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post, ġie kkonfermat ir-rapport, intalbet l-assistenza ta' tim mediku u l-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-vittma, raġel mis-Senegal ta’ 24 sena, kien involut f'argument ma’ raġel ieħor u allegatament sofra daqqiet t’arma li taqta’ u bil-ponta. Iktar tard, il-vittma ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet u bit-tfittxijiet għall-aggressur

More in Kronaka