Avviż mill-Pulizija għall-għajnuna | Marcel Pisani ilu kważi xahrejn nieqes

Kull min għandu xi informazzjoni, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal- Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija

Il-Pulizija reġgħet talbet għall-għajnuna biex jinstab Marcel Pisani, li ilu rrapportat nieqes mill-aħħar ta' Diċembru.

Għaldaqstant, il-Pulizija terġa’ tfakkar biex kull min għandu xi informazzjoni, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal- Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.

Fir-ritratt wieħed jista' jara l-karozza li kien qed isuq Pisani. 

Marcel juża s-siġġu tar-roti.

Xerred dan l-artiklu biex tgħin lill-Pulizija

More in Kronaka