Raġel iweġġa' wara ġlieda bejn tliet persuni fil-Marsa

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq it-Tiġrija

Raġel ta' 44 sena ddaħħal l-isptar wara ġlieda li seħħet ilbieraħ fil-Marsa.

Il-Pulizija, kienet infurmata dwar il-każ, għall-ħabta tal-9:45am. Huma marru minnufih fi Triq it-Tiġrija.

Jidher li kien qam argument bejn ir-raġel ta' 44 u l-mara ta' 34 sena u raġel ieħor ta' 40 sena. Kollha kemm huma jgħixu Ħal Qorm. 

Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 44 sena l-Isptar Mater Dei għal kura.

Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

More in Kronaka