Il-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel
Raġel armat b'sikkina u wiċċu mgħammad daħal jisraq minn ħanut tal-lottu f'Birkirkara.
Is-serqa saħħaq illum għall-ħabta tal-għaxra nieqes kwart fi Triq Dun Filippu Borġ.
Dak il-ħin, fil-ħanut, kien hemm anzjana ta' 61 sena.
Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti iżda ħadd ma weġġa'
Il-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.