Raġel iweġġa’ gravi wara waqgħa fl-Università ta’ Malta

Raġel waqa' minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jaħdem

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-10:00.a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-Università ta’ Malta wara li raġel waqa' minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jaħdem.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u l-Indjan ta’ 54 sena u residenti Tal-Pietà, ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ. 

More in Kronaka