Żewġt irġiel weġġgħu waqt argument li kellhom bejniethom u li fih intużaw armi bil-ponta.
Kien għall-ħabta tal-10:30am meta Somalu, ta' 30 sena, mar l-Għassa ta' Raħal Ġdid u rrapporta li meta kien f'residenza fi Triq tal-Borġ, kellu argument ma' raġel ieħor.
Il-Pulizija marret fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li r-raġel kellu argument ma’ Somalu ta’ 26 sena.
Waqt dan l-argument, allegatament, intużaw armi li jaqtgħu u bilponta.
Minħabba li ż-żewġt irġiel weġġgħu, il-Pulizija talbet għall-assistenza medika u ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Aktar tard, is-Somalu ta’ 26 sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-ieħor sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ