Jinstab moħbi qalb il-ħaxix ir-raġel li kien imfittex wara li ġew sparati tiri fil-Mellieħa
It-tiri ġew sparati minn karozza waqt operazzjoni biex jitkisser ċirku ta' droga
More in Kronaka
It-tiri ġew sparati minn karozza waqt operazzjoni biex jitkisser ċirku ta' droga
Il-Pulizija arrestat liż-żagħżigħ li kien imfittex wara li lbieraħ, waqt operazzjoni biex jitkisser ċirku ta' droga fil-Mellieħa, ġew sparati tiri minn karozza li baqgħet sejra u li allegatament kienet misjuqa mill-istess żagħżugħ.
Huwa ġie arrestat ftit wara nofsilejl. Huwa nstab mistoħbi qalb il-ħaxix għoli u siġar fl-akwati tal-Miżieb.
F'din it-tfittxija ħadu sehem pulizija minn diversi taqsimiet, fosthom l-Iskwadra ta' Kontra d- Droga u l-Iskwadra tar-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tar-Reati Maġġuri, l-Ispecial Intervention Unit, Rapid Intervention Unit u t-Taqsima tal-Klieb.
Bħala prekawzjoni ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza, hekk kif kien qed isofri minn xi ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin, filwaqt li inħatret inkjesta maġisterijali.