Traġedja f'Ħas-Saptan; Ħaddiem jitgħaffeġ bejn cherry picker u tank tal-fjuwil

L-identità tal-ħaddiem għadha ma ġietx magħrufa iżda inkjesta ġiet miftuħa diġà mill-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit

Ħaddiem, li l-identità tiegħu għadha ma ġietx magħrufa, tilef ħajtu aktar kmieni waranofsinhar, f'kumpless tal-ħadma tal-fjuwil, f'Ħal Saptan, fil-limiti ta' Ħal Għaxaq.

Il-Pulizija kkonfermat mas-sit illum.com.mt li l-vittma tilef ħajtu fuq il-post waqt li kien qed jaħdem fuq wieħed mit-tankijiet li hemm fl-impjant. Mill-ewwel investigazzjonijiet li għamlet il-pulizija, jirriżulta li l-vittma miet minħabba li nqabad bejn il-kabina ta' cherry picker u s-saqaf li fuqu kien qed jaħdem.

Il-ħaddiem ma' jaħdimx fil-kumpless iżda ma' kuntrattur privat u dan għamilha aktar diffiċli sabiex l-identità tal-persuna tiġi magħrufa.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit li ħatret bosta esperti biex jassistuha fl-inkjesta. Il-Pulizija pero' għadha fil-bidu tal-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ minħabba li jrid jingħaraf l-ewwel il-periklu li jġib miegħu t-tneħħieha tal-cherry picker innifsu. 

L-OHSA tibda investigazzjonijiet separati dwar il-każ

L-Awtorità tas-Saħħa u Sigurtà (OHSA), permezz ta' stqarija, iddikjarat li se tkun qed tibda l-investigazzjonijiet tagħha fuq il-każ. Intant minħabba li l-investigazzjoni għadha għaddejja, l-OHSA ma tistax tagħmel aktar kummenti għalissa.

"L-OHSA ġiet infurmata b’inċident fuq il-post tax-xogħol li ġara llum ġewwa Has Saptan fejn ħaddiem tilef hajtu waqt li kien qed jagħmel xogħol ta' manutenzjoni f'tank taħt l-art.

More in Kronaka