Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-11:10 p.m il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fil-limiti ta’ Ta’ Qali.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li seħħ inċident bejn Fiat li kienet qed tiġi misjuqa minn mara ta’ 23 sena residenti Ħal Tarxien u Ford misjuqa minn raġel ta’ 18-il sena residenti San Ġwann.
Fil-karozza mal-mara, kien hemm ukoll mara oħra ta’ 23 sena residenti Raħal Ġdid. It-tliet persuni ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Aktar tard huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn dawk li kienu ġol-Fiat ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi filwaqt li l-ġuvni sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.