Ilbieraħ, għall-ħabta tat-8:15 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet serqa minn ħanut fi Triq il-Labour, Ħaż-Żabbar.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari jidher li raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera; mara ta’ 49 sena residenti Ħal Kirkop u raġel ta’ 42 sena residenti l-Birgu.
Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Rigward il-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.