Ġriewi jinstabu kważi mejta u fi stat ta' abbandun
Mara tappella għal aktar infurzar fejn jidħol il-breeding tal-klieb
More in Kronaka
Mara tappella għal aktar infurzar fejn jidħol il-breeding tal-klieb
Mara tappella fuq Facebook lill-Gvern biex tinbidel il-liġi fuq il-breeding tal-klieb, fejn il-klieb jintużaw biex ikollhom il-frieħ u jinbiegħu għal skopijiet kummerċjali. B'rabja u weġgħa kbira, hija qed titlob għal aktar infurzar wara li kienet qiegħda tieħu ħsieb erbgħa ġriewi ta' madwar ħames u sitt ġimgħat. Sfortunatament fl-aħħar jiem mietu tnejn minn dawn il-ġrieħi.
Hija tgħid, li apparti l-fatt li l-ġriewi mhux suppost jitneħħew minn m'ommhom sakemm jagħlqu tmien ġimgħat, huma nsabu fi stat gravi ta' abbandun. "Dawn huma ġriewi li kienu fuq Facebook u li ngħataw bl-adoċċ ... jien kont it-tielet sid tagħhom. Imsieken kemm ġrew u kemm batew minħabba l-egoismu tal-bniedem," kompliet tgħid din il-mara.
Hija spjegat li meta ġabret il-ġriewi marret direttament għand il-veterinarju fejn hemm instabu "bla saħħa, lanqas jifilħu jżommu fuq saqajhom u waħda minnhom bdiet tissielet għan-nies," kompliet tispjega. Hija rrakkontat ukoll li dawn il-ġriewi kienu dehydrated, anemic, għadma u ġilda u saħansitra pożittivi għall-parvo, virus li jattakka l-klieb b'riskju ta' fatalità.
"Kulħadd jgħammar bl-addoċċ. Il-Multi għandhom ikunu ferm akbar fuq din it-tip ta' moħqrija. Jekk hemm bżonn ma jitħallewx irabbu aktar annimali," stqarret din il-mara fuq il-profil tagħha.