Ħadd ma' weġġa waqt serqa li seħħet ilbieraħ filgħaxija fiż-Żejtun.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:00pm, fi Triq l-Isqof Emm. Galea, iż-Żejtun.
Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li żewġt irġiel mgħammda u armati b’sikkina, daħlu fil-ħanut u talbu l-flus lill-kaxxiera – żewġ nisa ta’ 40 sena u 25 sena.
Iż-żewġt irġiel ħarbu minn fuq il-post wara li serqu ammont ta’ flus kontanti.
Il-kaxxiera ma sofrew l-ebda ġrieħi f’dan l-inċident.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li fetħet inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għaż-żewġt irġiel involuti fis-serqa.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.