Aktar kmieni llum saret l-awtopsja fuq ir-raġel li nstab mejjet f'għalqa f'Birżebbuġa nhar il-Ħamis filgħaxija.
Mill-awtopsja rrżulta li ma kienx hemm l-involviment ta' terzi persuni u l-mewta ma tidhirx li hija waħda suspettuża. Madankollu, minħabba li l-kadavru nstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni, il-vittma għadu ma ġiex identifikat. Għalhekk l-analiżi forensiċi għadhom għaddejjin fejn l-investigaturi qegħdin jistennew ir-riżultat tat-testijiet tad-DNA biex tkun ikkonfermata l-identità tal-vittma.
Dawn mistennija joħorġu fil-jiem illi ġejjin.