Aġġornata | Raġel mejjet fiż-Żejtun; Il-Pulizija tfittex lil min tajru u baqa' sejjer
Il-katavru nstab fi Triq Anton Buttigieg

More in Kronaka
Il-katavru nstab fi Triq Anton Buttigieg
Raġel ta' 51 sena miż-Żejtun instab mejjet wara li tajjar minn xi ħadd li baqa' sejjer.
Il-katavru nstab ftit qabel nofsinhar fi Triq Anton Buttigieg.
L-ewwel investigazzjonijiet mill-ewwel urew li r-raġel ittajjar minn xi ħadd li baqa' sejjer.
It-triq bħalissa tinsab magħluqa għat-traffiku filwaqt li għaddejja t-tfittxija għal min tajjar lill-vittma.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.