Raġel isofri minn ġrieħi gravi wara li jaqa' f'San Ġiljan

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja...

Tard ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-10:00 p.m il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’binja fix-Xatt ta’ San Ġorġ, San Ġiljan.

Il-Pulizija minnufih marru fuq il-post fejn instab Ingliż ta’ 25 sena residenti San Pawl il-Baħar b’xi ġrieħi wara li waqa’ meta ċedew xi xorok.

Tim mediku ta l-assistenza lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta' ambulanza fejn aktar tard kien ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja. 

More in Kronaka