Infrastructure Malta se tkun qiegħda tagħmel intervent urġenti fi Triq Tas-Sejba fil-ġimgħat li ġejjin. Għaldaqstant kawża ta' dan l-intervent, Triq is-Sejba se tingħalaq mill-kantuniera li tagħmel ma' Triq il-Parroċċa sal-kantuniera li tagħmel ma' Triq il-Madonna tal-Ġilju.
Intant MaltaToday ġiet infurmata mill-Kap Eżekuttiv tal-Infrastructure Malta Ivan Falzon li t-triq ikkonċernata hija mdawwra b'numru ta' barrieri u diversi residenti innutaw ċaqliq fit-triq, "Għaldaqstant nemmnu li għandu jsir assessjar urġenti," qal Falzon.
Filfatt Falzon qal li minħabba l-moviment u l-barrieri, din it-triq iddeterjorat u għaldaqstant ittieħdet id-deċiżjoni li fit-tliet ijiem li ġejjin se jkun hemm monitoraġġ u titranġa la darba jaraw xi ħsara saret.