Raġel ta’ 72 sena mill-Mellieħa, għall-ħabta tal-10:00 a.m., weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq L-Imdina, Ħal Qormi.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza BMW X1, misjuqa minn mara ta’ 34 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, u mutur Triumph Speedmaster misjuq mill-vittma.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.