Ilbieraħ waranofsinhar, għall-ħabta tal-5:30 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b'inċident tat-traffiku fi Vjal l-Indipendenza, il-Mosta.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta' 28 sena mill-Mosta li kien qiegħed isuq Mutur Honda u ieħor ta' 27 sena mis-Swieqi, li kien qiegħed isuq mutur Husqvarna, sofrew xi ġrieħi f'inċident ma' żewġ vetturi oħra.
Fl-istess inċident kienu nvoluti wkoll Toyota vitz misjuqa minn raġel mill-Ħamun u Peugot 208 misjuqa minn raġel ta' 31 sena mill-Imsida.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanzi li ħadu liż-żewġ xufiera tal-muturi flimkien ma’ mara ta’ 25 sena residenti s-Swieqi li kienet passiġġiera mar-raġel ta’ 27 sena fl-Isptar Mater Dei. Aktar tard, l-irġiel kienu ċċertifikati bi ġrieħi gravi filwaqt li l-mara ma sofrietx ġrieħi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.