Ġimgħa oħra u jerġa' jinħass terremot f'pajjiżna

Ftit mumenti ilu ġie irreġistrat terremot b'qwwa ta' 5.1 fuq l-iskala Richter

Ftit mumenti ilu inħass terremot madwar żoni differenti ta' Malta, b'qawwa ta' 5.1 fuq l-iskala Richter. 

Dan it-terremot seħħ 92 kilometru 'l bogħod min-naħa ta' isfel ta' Malta. Minkejja dan, inħass minn diversi żoni madwar Malta inkluż fil-Pietà, f'Tas-Sliema, fir-Rabat u anke f'Ħal Qormi. 

Tajjeb li nfakkru li fl-aħħar ġimgħat Malta ħasset l-effetti ta' terremoti żgħar madwar il-gżejjer diversi drabi. Bl-aktar li nħassu u li ġew irrapportati kienu fit-18 ta' Jannar. Skont ir-rapporti tal-grupp ta' riċerkaturi fl-Università ta' Malta, ġew irreġistrati b'kollox tmien terremoti fi żmien 14-il siegħa. Dawn it-terremoti bdew mill-istess żona li feġġ dak ta' llum. 

Huwa mistenni li dawn it-terremoti jkomplu fil-ġimgħat li ġejjin. 

More in Kronaka