Illum għal ħabta tad-9:00 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata b'inċident tat-traffiku fi Triq Sant' Antin, il-Fgura.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li mara ta' 72 sena minn Ħaż-Żabbar intlaqtet minn Nissan Juke li kienet qed tinstaq minn mara ta' 24 sena mix-Xagħjra.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b'ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.