Ilbieraħ għall-ħabta tat-7:45 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b'inċident tat-traffiku fi Triq Idmejda, Ħal Balzan.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li mara mil-Litwanja ta' 30 sena u residenti Ħ'Attard, intlaqtet minn Nissan Qashqai li kienet qed tinstaq minn raġel ta' 38 sena, minn Ħal Balzan.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b'ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.