Illum, għall-ħabta tad-8:45 a.m. il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa binja fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li ħaddiem ta’ 49 sena residenti Birżebbuġa, waqa’ madwar sular waqt kien qed jagħmel xi xogħol.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jassisti, u ambulanza ħadet ir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.