Wara l-maltemp jiġi bnazzi... X'temp mistenni għall-ġimgħa tal-Karnival?

It-temperaturi għal din il-ġimgħa se jvarjaw bejn 17°C u 8°C

Ritratt mill-arkivji ta' Ray Attard
Ritratt mill-arkivji ta' Ray Attard

Minkejja l-ħerba li ħalliet warajha l-maltempata Helios, fil-jiem li ġejjin se nkunu qed naraw temp aktar stabbli u bnazzi madwar il-gżejjer Maltin. Dan ħabat tajjeb mal-ġimgħa tal-Karnival fejn Malta tinżebah b'ħafna kuluri u jkollha ħafna brijju, mużika u kostumi. 

Il-paġna meteoroloġika 'It-Temp Madwarna' qed tbassar li filwaqt li illum se naraw temp imsaħħab b'ħalbiet iżolati ta' xita, il-bqija tal-ġimgħa se tkun aktar kalma u stabbli. 

Fil-fatt;

  • Għada u l-Erbgħa se jkun temp xemxi,
  • Il-Ħamis u l-Ġimgħa se jkun kemmxejn imsaħħab;
  • Iżda imbagħad is-Sibt u l-Ħadd se jkun bnazzi. 

Min-naħa l-oħra t-temperaturi ta' din il-ġimgħa se jvarjaw bejn 17°C u 8°C. Dan hekk kif il-medja tat-temperatura massima se tkun bejn 14°C u 17°C. Dan filwaqt li l-medja tat-temperatura minima se tkun bejn 8°C u 9°C.

More in Kronaka