L-Enemalta fi stqarrija fuq Facebook saħqu li r-raġuni għaliex Għawdex jinsab bla provvista ta' dawl, jiem qabel ma' jibdew il-festeġġjamenti tal-Karnival, hija minħabba li ntlaqtu xi cables ta' vultaġġ.
Jihder li kuntrattur li kien qiegħed jaħdem għal terzi fil-Mellieħa laqat dawn il-cables ta' vultaġġ li normalment jissuplixxu lil Għawdex.
Għaldaqstant l-Enemalta assigurat li l-inġiniera u t-tekniċi tagħha qed jagħmlu t-tiswijiet meħtieġa u li se jingħataw aktar dettalji fil-ħin li ġej.
Fil-fatt ftit aktar tard Enemalta ħabbret illi reġġgħet lura l-elettriku f'Għawdex u qalet illi setgħet tagħmel dan fl-inqas ħin possibbli.