Ilbieraħ għall-ħabta tal-4p.m. il-Pulizija ġiet infurmata b'inċident tat-traffiku fi Triq Dun Gejtano Mannarino, Birkirkara.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li mara mill-Kolombja ta' 23 sena intlaqtet minn Ford Kuga li kienet qed tinstaq minn raġel ta' 31 sena min-Naxxar.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b'ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.