Dan is-sit huwa informat li għall-ħabta tas-2:15 p.m. inħolqot kommossjoni fi Triq Diċembru 13, il-Marsa minħabba ħabta. Jidher li fil-ħabta kien hemm involuti trailer, karozza u karozza tal-linja iżda mhux magħruf jekk kienx hemm persuni li weġġgħu.
It-triq, direzzjoni lejn il-Belt Valletta, kellha tingħalaq minħabba xi żejt li ħareġ mill-vetturi kawża tal-inċident.
Minkejja dan, fuq il-post issejħet ambulanza u preżenti hemm il-pulizija tad-distrett biex jassistu dawk fil-bżonn. Qiegħed jiġi irraportat ukoll li xi persuni ittieħdu għall-kura.
Aktar informazzjoni mistennija fil-ħin li ġej.