Ilbieraħ għall-ħabta tal-11 p.m. il-Pulizija ġiet infurmata b'inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Ħ'Attard.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ prelimiari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn BMW 318 misjuqa minn raġel ta' 26 sena residenti Ħad-Dingli u mutur Honda CBF125 misjuq minn raġel ta' 33 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa' gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.