Ilbieraħ għall-ħabta tas-6p.m. il-Pulizija ġiet infurmata b'inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt, Tal-Pietà. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżult li seħħet ħabta bejn mutur Yadea misjuq minn raġel ta' 41 sena mill-Fgura u Toyota Vitz misjuqa minn mara ta' 30 sena minn Birkirkara.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.