Tweġġa' gravi wara li tilfet il-kontroll tal-vettura fiż-Żejtun

L-inċident seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-5 a.m. 

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-5 a.m. il-Pulizija ġiet infurmata b'inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Labour, Żejtun. 

Il-pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li mara ta' 38 sena miż-Żejtun tilfet il-kontroll ta' Honda Fit li kienet qiegħda ssuq u kellha impatt ma' Ford Transit li kien ipparkjat. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei biex tingħata l-kura meħtieġa, fej ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin. 

 

More in Kronaka