Il-Ħadd 27 t’Awwissu, għall-ħabbta tas-1 p.m, l-għajnuna tal-Pulizija ġiet mitluba fix-xatt ta’ Qui-Si-Sana, Ta’ Sliema.
Meta marru fuq il-post, instab li raġel sab ruħu f’diffikultà fil-baħar. Ghalkemm ingħata l-ewwel għajnuna u ttieħed l-isptar ftit tal-ħin wara, huwa ġie ċċertifikat mejjet.
Inkjesta ġiet maħtura mill-Maġistrat tal-Għassa Dr. Noel Bartolo LL.D, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.