Mara tweġġa' gravi wara li titlef il-kontroll ta' mutur

L-inċident seħħ f'Triq ix-Xatt, Ta' Sliema

Il-Ħamis 21 ta' Settembru, għall-ħabta ta' 4 p.m, il-Pulizija kienet infurmata b'inċident li seħħ fi Triq ix-Xatt, Ta' Sliema.

Meta marret fuq il-post, irriżulta li mutur tal-għamla Honda misjuq minn mara ta' 31 sena residenti l-Mosta tilef il-kontroll. Hi ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-isptar, fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

More in Kronaka