Il-Ħamis filgħodu ġiet inawgurata Dar San Ġużepp f’Għajnsielem u mistenni tilqa’ mal-120 persuna.
Id-dar tal-anzjani Dar San Ġużepp hija mibnija fuq aktar minn tliet tomniet f’Għajnsielem u bdiet tilqa’ l-ewwel anzjani fil-ġimgħat li għaddew. Fl-istqarrija ingħad kif id-dar tal-anzjani hija waħda tal-ogħla standards u tinkludi żoni mdaqqsa ta’ spazji miftuħa għat-tgawdija tar-residenti.
Il-binja ġiet inawgurata mill-Prim Ministru Robert Abela. Waqt id-diskors tiegħu l-Prim Ministru qal li d-dar ser toffri kwalità tal-ħajja xierqa lill-anzjani Għawdxin. Abela qal li l- l-post kellu potenzjal għal proġetti varji, iżda l-Gvern għażel li ssir dar għall-anzjani Għawdxin.
Il-Prim Ministru Abela tkellem dwar il-ħtieġa li l-anzjani jibqgħu attivi, kemm b’mod indipendenti, kif ukoll meta jidħlu f’dar residenzjali. Huwa semma ukoll ċ-ċentri ta’ matul il-jum mifruxin madwar il-gżira, l-Università tat-Tielet Età, iċ-ċentri ta’ matul il-lejl u l-firxa wiesgħa ta’ servizzi offruti fil-qalba tal-komunitajiet Għawdxin u qal li dawn qed ikomplu jassiguraw li l-anzjani jgħixu komdi, b’aċċessibbiltà sħiħa għas-servizzi offruti.
Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri qal li id-dar se tkun qiegħda tgħolli l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani u qal li jinsab konvint li din se tkun dar tal-ogħla standards għal dawk kollha li se jkunu qegħdin jgħixu hawn u għall-ħaddiema li se jkunu qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom 24 siegħa kuljum f’din ir-residenza
ħaddiema li se jkunu qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom 24 siegħa kuljum f’din ir-residenza.”
Il-Prim Ministru Abela u l-Ministru Camilleri kienu akkumpanjati mid-diriġenti ta’ CareMalta li qegħdin joperaw Dar San Ġużepp.
Video is unavailable at this time.