L-Awtorità tal-bini u kostruzzjoni (BCA) ikkonfermat li jeħtieġ li ssir valutazzjoni u xogħol neċċesarju biex jitneħħa l-periklu.
“Jidher li listruttura tal-fond tinsab f’qagħda perikolanti u dan jista’ jkollu wkoll impatt fuq il-fondijiet ta’ terzi, kif ukoll dawk li jridu jaċċessaw il-binja biex iwettqu l-investigazzjonijiet neċessarji” qalet il-BCA.
L-awtorità kkonfermat li ma kien hemm ebda permess għal xogħlijiet b’rabta mal-inċident li seħħ nhar l-20 ta’ April, f’Tas-Sliema fejn Albaniż ta’ 51 sena miet fuq il-post. Skont il-BCA, minn investigazzjonijiet li wettqet, irrizulta li Lanqas ma kien hemm rapporti li daħlu lill-Awtorità qabel ma seħħ l-inċdient.
Minn naħa tal-Maġistrat inkwerenti, din it-talba ntlaqgħet u għalhekk se jingħaqdu numru ta’ esperti u ħaddiema biex fil-preżenza u taħt is-sorveljanza tal-espert tekniku maħtur fl-inkjesta twettaq dan l-inkarigu.