Corinne Farrugia, waħda min-neputijiet tas-sidien, qalet lill-gazzetta oħt, MaltaToday, li kien “evidenti mill-bidu” li l-kuntratturi ta’ ħdejhom kienu qed ikunu negliġenti.
Il-Ġimgħa filgħodu, żewġ ħaddiema tal-kostruzzjoni ttieħdu l-isptar wara li ġġarraf saqaf tar-residenza tan-nniet ta' Farrugia fil-Furjana.
L-aċċident seħħ fit-8:30am fi Triq Pietro Floranu.
Kelliem tal-pulizija qal illi ż-żewġ irġiel, Albaniżi, kienu qed jaħdmu fuq sit ta’ kostruzzjoni, meta aċċessaw il-bejt ta’ dar ħdejhom.
Hawn fejn iġarraf il-bejt, u ż-żewġ sulari ta’ taħt.
Farrugia qalet mal-MT li x-xogħlijiet ma kienux qed isiru b'materjali xierqa, u f’okkażjoni minnhom, il-familja saħansittra sabet toqba fis-saqaf tad-dar.
"Il-perit tagħna tkellem mal-BCA u awtoritajiet oħra iżda qatt ma wasal imkien," kompliet tgħid.
Farrugia qalet li n-nanniet tagħha nħarġu barra mid-dar għax ħassew li xi ħaġa bħal din kienet se tiġri.
“Fl-2020 is-sit ġie skavat. Fl-2022 is-sid eżistenti ħa f’idejh l-post u beda l-bini. Mill-bidu kien evidenti li kienu qed ikunu negliġenti.”
Is-sit tal-kostruzzjoni qed jiġi żviluppat f’bini ta’ appartamenti minn Neville Agius. Il-Perit Elena Borg Costanzi qed tissorvelja l-proġetti.
Il-BCA approvat ix-xogħlijiet f'Settembru 2022.
Din hija t-tieni dar li ġġarfet f’inqas minn ġimgħa, bl-ewwel waħda tħalli vittma fi proprjetà f’Tas-Sliema.
Il-vittma kien wara identifikat bħala Bari Balla, missier Albaniż ta’ sitta.