Tinfetaħ investigazzjoni fuq allegazzjonijiet li biċċier uża laħam tal-qtates u klieb għaz-zalzett tal-Malti

L-investigazzjoni għadha fil-fażijiet inizjali tagħha, u ma jistax ikun ikkonfermat minn issa jekk l-inċident hux veru jew le 

Id-dipartiment tas-Saħħa Pubblika qiegħed jinvestiga allegazzjonijiet fuq biċċier li “uża laħam tal-qtates u tal-klieb morda’ fiz-zalzett tal-Malti.

Jitkellmu mal-ILLUM uffiċjali fi ħdan il-Gvern ikkonfermaw li l-investigazzjoni nfettħet minħabba kummenti li ġew magħmulha fuq Facebook.

Dan filwaqt li ma kkonfermawx jekk resaqx xi ħadd diġà f’sintomi ta’ infezzjonijiet jew mard ieħor.

L-allegazzjonijiet bdew dalgħodu wara li persuna fuq Facebook qalet li l-inċident seħħ Għawdex.

Ġie allegat ukoll li l-biċċier kien qiegħed iġib l-annimali minn santwarju.

L-investigazzjoni għadha fil-fażijiet inizjali tagħha, u ma jistax ikun ikkonfermat minn issa jekk l-inċident hux veru jew le.

Jitkellmu fuq il-kummenti ta' Facebook, wħud qalu li jafu b'nies li mardu wara li kielu min dan iz-zalzett.

Intant, il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali Alison Bezzina qalet fl-istess post ta' Facebook, li "l-għajdut ilu għaddej ġimgħat."

"Jekk għandkom evidenza dwar dan, kellmuni fuq [email protected]. ħadd ma jista' jieħu azzjoni, jew jagħmel pressjoni fuq kwistjoni li sa issa tidher biss li hi qlajja." 

More in Kronaka