L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed jistenna dewmien fit-titjiriet kollha wara qtugħ globali fis-sistemi tal-informatika madwar id-dinja.
“Bosta linji tal-ajru bħalissa qed jesperjenzaw tfixkil fin-network, li jaffettwa bosta ajruporti madwar id-dinja, inkluż l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Minħabba f’hekk, huwa mistenni dewmien,” qal l-MIA fuq Facebook il-Ġimgħa filgħodu.
L-istess qtugħ globali tellef ukoll negozji, banek, u kumpaniji tat-telekomunikazzjoni.
Kumpaniji internazzjonali, anke tal-aħbarijiet bħall-BBC u Skynews, spiċċaw milquta, filwaqt li linji kbar tal-ajru bħall-American Airlines li ħabbru dewmien fit-titjiriet kollha tagħhom. F’pajjiżi oħra inkluż l-Ingilterra ġew milquta wkoll is-sistemi tas-saħħa u l-kumpaniji tal-feroviji.
Jidher li dan kollu beda’ mis-servizzi tal-Microsoft. Il-Kumpanija qalet fuq il-pjattaforma X qalet li qed tanalizza s-sistemi tagħha wara tħarbit fl-aċċess.