€12.5 miljun f’multi tal-Qrati li ma nġabrux

€5 miljun minnhom ma jistgħu jinġabru qatt

39 persuna li kellhom iħallsu huma mejta u iktar minn 150 għosfru
39 persuna li kellhom iħallsu huma mejta u iktar minn 150 għosfru

Gvern wieħed wara ieħor Nazzjonalista naqsu milli jiġbru bi €12.5 miljun f’multi imposti mill-Qrati u fi ħlasijiet oħra li kellhom isiru lill-Qrati. Dan jirriżulta mill-aħħar rapport dwar il-kontijiet pubbliċi ppubblikat ftit tal-ġimgħat ilu mill-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali.

Mal-€10 miljun f’multi imposti mill-Qrati Superjuri ppreseduti mill-Imħallfin u mill-Qrati Inferjuri ppreseduti mill-Maġistrati baqgħu qatt ma nġabru minn gvernijiet Nazzjonalisti. Ftit iktar minn €2 miljun oħra fi ħlasijiet li kellhom isiru lill-Qrati wkoll baqgħu qatt ma nġabru.

Xokkanti hija l-konklużjoni tal-Awditur li jikkunsidra li mal-€5 miljun minn dawn it-€12.5 miljun ma jistgħu qatt jinġabru. Jirriżulta mbagħad li mis-€7.5 miljun f’multi u ħlasijiet meqjusa bħala li jistgħu jinġabru, kważi €7 miljun baqgħu qatt ma nġabru mill-gvernijiet Nazzjonalisti mmexxija minn Lawrence Gonzi bejn l-2004 u l-2012.

L-Awditur sab li 39 persuna li kellhom iħallsu multi lill-Qrati Superjuri u lill-Qrati Inferjuri llum huma mejta waqt li iktar minn 150 persuna ħadd ma jaf x’sar minnhom, u erba’ multi qed jiġu kkontestati fil-Qorti Kostituzzjonali.

Ironikament fl-istess ħin li gvernijiet Nazzjonalisti naqsu milli jiġbru dawn il-miljuni f'multi imposti mill-Qrati u fi ħlasijiet oħra li kellhom isiru lill-Qrati, fl-2005 gvern Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi, kien żied b’mod qawwi t-tariffi tal-Qrati.

More in Politika