Kampanja t’għarfien dwar għażla aħjar ta’ mediċini

Il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili nieda kampanja t’għarfien dwar is-suġġett ‘Il-Mediċini: Għażla Aħjar Għalik.’ 

Il-kampanja hija mmexxija mill-Awtorità dwar il-Mediċini flimkien mal-Awtorità ta’ Malta għall- Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), u tnediet waqt laqgħa pubblika organizzata flimkien mal-MEUSAC. 

Dan id-djalogu qed iservi biex il-prezzijiet tal-mediċini jinżammu fl-inqas prezz għall-pazjenti u fl- istess waqt il-pubbliku jkollu disponibbli l-mediċini essenzjali bi prezz raġonevoli u xieraq meta mqabbel ma’ pajjiżi oħrajn. 

Il-Professur Anthony Serracino Inglott, Ċermen tal-Awtorità dwar il-Mediċini, spjega kif l-Awtorità tevalwa l-mediċini kemm dawk ta’ referenza kif ukoll ġeneriċi sabiex ikun assigurat li dawn il-prodotti jilħqu l-istandards meħtieġa. 

Ġie spjegat kif il-pazjenti jistgħu jinvolvu ruħhom fl-għażla tal-mediċini billi jistaqsu lill-ispiżjar jew lit-tabib dwar l-għażla tal-mediċini bi prezzijiet differenti. 

More in Politika