Simon ma jifhimx fl-ekonomija u jrid iż-żieda - Ir-reazzjoni ta' Muscat

Il-Prim Ministru jgħid li d-diskors ta' Busuttil kien negattiv wisq

Ir-reazzjoni tal-Prim Ministru għad-diskors tal-kap tal-Opożizzjoni kienet li d-diskors ta' Busuttil kien l-aktar diskors negattiv li qatt sar minn kap ta' oppożizzjoni. Muscat qal li Busuttil lanqas sab punt wieħed biss li sar xi ħaġa tajba. Kien skantat kif Kap ta' Oppożizzjoni li suppost għandu viżjoni għal futur ma semma xejn dwar edukazzjoni, dwar saħħa u qed jaqbeż għal min qed jisraq flus il-poplu, jiġfiieri għal dawk li jabbużaw mis-servizzi soċjali.

Muscat reġa' tenna li Busuttil ma jifhimx fl-ekonomija u fid-diskors tiegħu ħareġ ċar li jrid żieda għalih u għal sħabu u żvoga f'attakki individwali. Il-Prim Ministru qal ukoll li nqabad jiddefendi l-amministrazzjoni ta' qablu, fejn iddefenda l-Arriva, iż-żieda fil-kontijiet tad-dawl u ilma u żieda ta' €500 lid-deputati u Ministri li kienu ħadu meta hu kien Viċi Kap.

Muscat reġa tenna li ħa żbalji fundamentali fejn tidħol ekonomija u għada se juri fid-dettal dwar dawn l-iżbalji.

More in Politika