Il-Prim Ministru hu kompliċi ma' Manwel Mallia - Simon Busuttil
L-oppożizzjoni se tressaq mozzjoni ta' sfiduċja fil-Ministru Mallia
More in Politika
L-oppożizzjoni se tressaq mozzjoni ta' sfiduċja fil-Ministru Mallia
F'konferenza tal-aħbarijiet wara d-diskors tal-Prim Ministru fil-parlament, il-kap tal-oppożizzjoni ibbaża ir-rejazzjoni tiegħu dwar il-każ ta' Manwel Mallia u kważi ma semma xejn dwar il-baġit innifsu.
Semma li l-Prim Ministru ħareġ għonqu għal Ministru Manwel Mallia u dan ifisser li l-Prim Ministru hu kompliċi mal-Ministru Mallia. Simon Busuttil qal li l-prim ministru ma ħariġx għonqu għal ministri oħra li hu akkużahom b'abbuż ta' poter, "iżda ħareġ għonqu għal Manwel Mallia."
Busuttil ħabbar li l-inkjesta ma sservi ta xejn u la l-prim ministru hu daqshekk dgħġajjef quddiem Manwel Mallia, dak li m'għamilx il-prim ministru se tagħmlu l-oppożizzjoni fejn se tressaq mozzjoni ta' sfiduċja fil-Ministru Mallia.
Meta kien mistoqsi minn ġurnalista dwar kif ma tħallsitx lura ż-żieda li kien ħa l-kabinett Nazzjonalista, Busuttil qal li kienet ħarġet stqarrija mill-partit fil-gvern dak iż-żmien (Il-Partit Nazzjonalista) li kienu ħallsu kollox lura. Meta l-istess ġurnalista staqsietu dwar li hu kien ippropona d-doppju tat-taxxi li ppropona fil-baġit il-gvern Laburista, Busuttil weġibgha, "dik hi gidba li għamel il-prim minitsru u l-isfortuna hi li int qed temmnu."