Kull min ra d-diskorsi tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Prim Ministru seta' jisma' lill-President tal-Kamra, Ċensu Galea javża biex mill-istrangers gallery ħadd ma jieħu ritratti fost regoli oħra. Kompla jgħid li min jikser ir-regoli jitneħħa mill-kamra. Sadattant il-President tal-Eżekuttiv tal-PN, Ann Fenech sfidat dawn ir-regoli u ġibdet ritratt tal-Kap tagħha waqt id-diskors u dak il-ħin stess mill-istess sala poġġietu fuq il-Facebook tagħha. U fl-istess ħin uriet l-approvazzjoni tagħha għad-diskors li kien qed jagħmel il-Kap tal-partit li tiegħu hi l-president tal-Eżekuttiv.
Dan ir-ritratt issa jidher li tneħħa minn fuq il-Facebook ta' Fenech.