F'Konferenza stampa Chris Said qal li l-Prim Ministru kkontradixxa lilu nnifsu meta fil-parlament il-bieraħ qal li l-ex ministri Nazzjonalisti rritornaw lura biss €300,000 mill-€1.6miljun li suppost irritornaw lura. Issa s-segretarju Ġenerali qal li l-istess prim ministru kien qal f'Dissett wara l-elezzjoni Ġenerali li skont is-segretarju Permanenti tiegħu iż-żieda kollha kienet intraddet lura kif kien imwiegħed.
Sadattant il-bieraħ stess waqt il-Konferenza stampa wara d-diskors tal-Prim Ministru, il-Kap tal-oppożizzjoni wieġeb il-mistoqsija tal-ġurnalista tal-ONE hekk:-"kienet ħarġet stqarrija mill-partit fil-gvern dak iż-żmien (Il-Partit Nazzjonalista) li kienu ħallsu kollox lura."
Il-Poplu qed jistaqsi kif l-ex ministri Nazzjonalisti qed iwieġbu fuq stqarrijiet li qal ħaddieħor meta jistgħu jwieġbu huma stess jekk ħallsuhomx lura jew le. U anke lil Prim Ministru li kif f'sena bidel l-istqarrija tiegħu. Il-Poplu jistaqsi lil min se jemmen?