Riżultat ta' reporter:- Punt u draw - Il-klassifika ma nbidlitx

Reporter ilaqqa liż-żewġ Kapijiet madwar mejda fejn it-tnejn dehru preparati biex iwieġbu lil xulxin mingħajr tlaqlieq

F'dan id-dibattitu mmexxi b'mod mexxej minn saviour Balzan ħareġ li ż-żewġ naħat kienu preparati gġal kull botta kien hemm risposta u dan wassal biex it-tnejn ħadu punt u draw, bil-klassifika ta' bejniethom ma nbidlet xejn mill-aħħar diskorsi individwali tagħhom fil-Parlament, anke jekk naqqsu ftit mhux ħażin l-attakki ħorox fuq xulxin u naqqsu ftit id-doża.

L-ewwel parti ta' dan id-dibattitu reġa kien bażat fuq tfigħ ta' tajn lejn xulxin. Il-Prim Ministru jgħid li hu qed jagħmel dak li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jagħmel fil-każ ta' George Pullicino, fejn qed jistenna l-l-każ ikun investigat, u l-Prim Ministru qed jistenna r-rapport finali tal-inkjesta.

Simon Busuttil wieġbu li l-ebda inkjesta ma tista' toħroġ ir-responsabilita politika, li hu jemmen li trid taqa fuq il-ministru li jmexxi l-ministeru li żbalja. Il-Prim Ministru fakkru fil-każ ta' l-ex Ministru Tonio fenech meta is-segretarju tiegħu kien instab ħati fuq tixħim u hu ma kienx ħa r-responsabilita politika u rriżenja. Busuttil wieġeb li hu ma kienx Prim Ministru dak iż-żmien u ma jistax jiddefendi jew jakkuża dak li sar qabel.

Il-preżentatur Balzan staqsa dwar l-onorarja li ma ngħatatx lura u dwar il-ħlasijiet li tħallsu l-backbenchers Laburisti. Busuttilo wieġeb bil-kliem li kien qal il-Prim Ministru f'Dissett wara l-elezzjoni fejn kien qal li kollha tħallsu lura. Filwaqt li qal li hu qatt ma qabel mal-mod kif ingħatat l-onorarja dak iż-żmien. Il-Prim Minsitru wieġeb li flok qgħad iħallas għal handbags bla użu bħall-assistenti parlamentari, għażel li jħallas backbenchers li kienu lesti li jaħdmu bħal ċermen u fuq diversi bordijiet. Reġa tenna li l-ex ministri Nazzjonalisti żammew miljun ewro mill-onorarja bejniethom u fl-istess waqt reġa semma li Simon Busuttil kien tħallas miljun ewro ta' konsulenza, li wieġbu mill-ewwel li dik hi gidba u għal din l-akkuża fetaħlu erba libelli.

Fit-tieni parti tad-dibattitu l-preżentatur ddeċieda li jbddel ftit id-diska u qabad is-suġġet tal-baġit u hawn Simon Busuttil qal lil Prim Ministru li barra li weġġa ħafna nies li jgħixu f'ċirkostanzi ta' single mother weġġa anke lilu għax hu single father.  Qallu wkoll li dwar l-abbuż jaqbel miegħu u lest li jkun miegħu dwar l-abbuż. Kompla jgħid li dan il-baġit il-ġid mhux imqassam b'mod ġust. 

Il-Prim Ministru hawn wieġbu b'lista ta' inizjattivi soċjali li qed jittieħdu f'dan il-baġit u qal li hu qal li single mother mhux professjoni għal dawk is-single parents li jippjanaw li jkollhom tarbija biex jakkwistaw il-benefiċċji soċjali għax irid iwaqqaf l-abbuż u lest li jibqa jgħinhom jekk huma lesti li jittrrenjaw biex isibu impjieg.

Simon Busuttil tkellem dwar il-COLA li qal li hi xi ħaġa tajba imma did-darba il-mekkaniżmu ma ħadimx tajjeb għax irrifletta it-tnaqqis tal-kontijiet tad-dawl u ilma tas-sena ta' qabel. Joseph Muscat hawnhekk qallu li ħa gost li fl-aħħar Simon Busuttil qed jammetti li traħħsu l-kontijiet.

Il-Prim Ministru f'dan il-ħin qal li hu qed jiddibatti ma' tnejn min-nies, meta rrefera lejn il-preżentatur Balzan. Dwar it-trapost pubbliku Muscat ma riedx jikkometti ruħu li t-trasport se jirnexxi għax l-ewwel irid jara kif se timxi qabel jiġġudika. Qal i l-Arriva falliet tort tal-gvern ta' qabel li ma jridx iwaħħalha fuq Busuttil li dan 'donnu jiddejjaq tgħidlu li kien parti mill-gvern ta' qabel". 

Busuttil qal li jekk hux se tibda f'Jannar il-kumpanija l-ġdida ma jafx. Iżda jekk il-Prim Ministru ried juri kemm hu bravu, jmissu jonfoq l-istess ammont ta' flus u joffri servizz aħjar għax "kulħadd jaf jibni triq fil-baħar bil-miljuni". Għax is-sussidju se jkun id-doppju. Ammetta wkoll li s-servizz ma kienx tajjeb biżżejjed tal-Arriva.

Qabel it-tieni break, Busuttil qal lil Muscat biex ma jaqbiżx il-problema tat-traffiku, bil-preżentatur iwegħdu li jiddiskutuh fit-tielet sessjoni tad-dibattitu. Il-ftuħ kien fuq id-dikriminlizazzjoni tad-droga u hawn ma kienx hawn dibattitu.

Dwar it-timeline tal-Enemalta Muscat qal li l-Ministru Mizzi se jħabbarha dil-ġimgħa u mhux se jtawwal bi snin iżda bi ftit xhur u qal li mhux se mmorru minn taħt mill-enerġija li se nbiegħu lura.

Busuttil qal li l-kwistjoni tal-power station hi li rebħet l-elezzjoni u la ma saritx din il-wegħdha allura l-Prim Ministru tilef il-kredibilita. U hawn qralu dak li kien qal lil Reno Bugeja fuq Dissett li se jżomm kelmtu li jirriżenja. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qallu wkoll li ma jista xjikkritika li l-PN għamlu €700 miljun dejn fl-Enemalta meta hu għamel €588 miljun dejn fil-pajjiż fi 15-il xahar. 

Busuttil qal li l-elettriku tagħna se jkun f'idejn iċ-Ċina li mhux pajjiż demokratiku.Muscat qallu li investiment hu dejjem investiment għax Smart Citu kien investiment tal-Emirati Għarab li mhux demokrazija lanqas. Muscat qal li hu qal li jirriżenja jekk ma jiġux konsorzji bie xjibnu Power Station u għalhekk għadu hemm. Qal li wiret €1,700 miljun dejn u l-istatistika li kien qed isemmi Busuttil hu wirt tal-gvern tiegħu.

Sadattant għat-tieni programm konsekuttiv li Busuttil talab biex tiġi diskussa l-problema tat-traffiku, wara Dissett issa Reporter id-diskussjoni baqgħet ma ntmessitx

L-aħħar 2 minuti tal-porgramm kienu mistoqsijiet diretti liż-żewġ naħat li riedu jwieġbu iva jew le:

Il-president għandu jkun persuna mill-partit oppost?                                      

SB - Iva       JM - Mhux il-każ

Għandna nirrevedu l-kostituzzjoni biex niriflettu t-tibdil fis-soċjeta?                  

SB - Iva       JM - Totalment

Taqblu li l-partiti politiċi m'gġħandhomx ikollhom stazzjonijiet politiċi?              

SB - Iva       JM - anke jien naqbel

Il-ġudikatura għandha tibqa tintagħżel mill-gvern?                                           

SB - Iva       JM - Ngħid li għandna naslu hemm

Il-karigi sensittivi għandhom ikunu skrutinizzati minn bord apposta?                

SB - Iva perfettament    JM - M'għandix problema

Il-membri Parlamentari għandu jsir full time job?                                              

SB - Miftuħ għal diskussjoni   JM - Ma narahiex

Li Malta jkollha Festa nazzjonali waħda?                                                        

SB - Iva         JM - Iva

 

More in Politika