Filwaqt li l-aħħar firem ma' Shangai Electric Power fil-ġimgħat li ġejjin, il-ministru tal-enerġija, Konrad Mizzi qal li l-enemalta se tibda tixtri l-elettriku iġġenerat mill-gass minn Ġunju 2016.
Qal ukoll li BWSC se tiġi konvertita għal gass mill-SEP u din se tinjetta €320 miljun fl-EneMalta li tfisser li se jkollha 33% tal-kumpanija.
Wara xhur fejn kien qed jiġi mistoqsi biex jagħti dettalji ta' meta se jitlesta l-bini tal-Power Station il-ġdida li suppost kellha titlesta f'Marzu li ġej, issa Mizzi qal li din mistennija tirċievi l-elettriku ġenerat mill-gass f'Ġunju 2016. u qal li din mhux se tagħmel impatt fuq il-finanzi tal-gvern.
Skont il-ministru diġa beda jsir xi xogħol b'konnessjoni tal-bini tal-power plant ġdida, li tinkludi l-livellar tal-art filwaqt li bini biex jikkonverti għal LNG minn Siemens Industrial Turbo Machinery bdew ukoll.
F'każ ta' emerġenza il-Ministru qal li l-BWSC plant tista taħdem fuq gasoil.