[AĠĠORNATA] Il-kalvarju tar-residenti tas-Salini

Il-partit Ewroxettiku Alleanza Bidla qal li lest li jiġġieled għad-drittijiet tar-residenti

Ivan Grech Mintoff
Ivan Grech Mintoff

Sadattant residenta mis-Salini kitbet hekk dwar din il-post:

Carmela Samantha Knaus PASTAZATA TOTALI GHANNA IS SALINA....JMISSHOM JISTHU, NEHEWNA IT TOROQ MINN FEJN NITILAW U NINZLU.... SE JHALLUNA BI TRIQ WAHDA MINN WARA ONE LANE BLA TARMAK...QATAWNA MIL MAIN ROAD NEHHEW IL BUS STOPS U JGAUNA LUCKY JEKK JIRNEXILNA NAQSMU U MAM MUTUX.... FEJN HUMA IN NIES RESPONSABLI GHAL DIN IL PASTAZATA KOLLHA....

Fil-jiem li għaddew, Alleanza Bidla kitbet lil Prim Ministru Joseph Muscat biex tistiednu jiġi jżur u jara b'għajnejh il-ħasra u tbatija kbira li r-residenti tas-Salina qed isofru bla bżonn minħabba t-twessigħ ta' Triq il-Kosta.

Wara li din l-istedina ma ġietx milqugħa, Alleanza Bidla ppublikat video fuq il-pagna tal-Facebook tagħha fejn juri biċ-ċar minn xiex ir-residenti qed isofru. Alleanza Bidla qed titlob biex in-nies ixerrdu l-video ħalli n-nies jaraw huma stess x’qed jiġri.

Il-video li hu kemxejn twil hu riprodott hawnhekk għal min jinteressah

Ivan Grech Mintoff, Chairman tal-Alleanza Bidla sostna: "L-aċċess li r-residenti ilhom igawdu għal 14-il sena mingħajr aċċident wieħed m’għandux għalfejn jitneħħa għax, skont pjanti li għandha Trasport Malta stess, hemm spazju biżżejjed biex Triq il-Kosta titwessa’ u l-aċċess li hemm jibqa’ f'postu. Sinjal tan-no entry ineħħi kull dubju ta’ sigurtà li jista’ jeżisti li żgur huwa irħas milli twaqqa’ żewġ toroq. Wara kollox ser ikun barrier ukoll meta x-xogħol jitlesta biex żgur qatt ma jista’ jsir lane crossing perikoluż.

Il-gvern allura diġà jaf li hemm alternattivi oħra li jiffrankaw dan il-periklu kif ukoll miljuni ta’ ewro u bosta xhur ta’ xogħol bla sens li permezz tiegħu mhux talli r-residenti tas-Salina qed isofru għalxejn imma anke l-poplu Malti qed iħallas miljuni ta’ ewro għal xi ħaġa li m’hemmx bżonn tagħha u m’hemmx bżonn issir.

Gvern li suppost jisma’, ma semax u mhux qed jgħid għaliex, b'konsegwenza li tefa’ r-resident f'periklu kbir meta m’hemmx għalfejn, il-kundizzjonijiet tat twessigħ ta' Triq il-Kosta ma tippermettix dan it-tip ta’ xogħol, u meta lanqas biss hemm permits għal xi aċċess permamenti ieħor.

Il-poplu għandu dritt għal tweġiba għad-domandi li qed isaqsi u li ħadd ma jrid jirrispondi.

Għalhekk Alleanza Bidla terġa’ tagħti l-appoġġ kollu tagħha lir-residenti tas-Salina u se tibqa’ tiġġieled għad-drittijiet tagħhom.

Għalhekk wieħed bilfors irid jerġa’ jsaqsi għaliex dan kollu qed iseħħ b'periklu, bla pjan futur u b'ħela kbira ta’ flus kbar u kollox kontra l-kundizzjonijiet imposti mil-permit tal-MEPA?"

More in Politika