Din l-istatistika ħarġet minn tweġibiet tal-ministru tas-saħħa Konrad Mizzi fuq mistoqsijiet tal-membru parlamentari Nazzjonalista, Claudio Grech. Li staqsa kemm marru fl-emerġenza tal-Isptar bejn Ġunju u Settembru, kemm saru operazzjonijiet fl-istess perjodu u kemm medja li qattgħu ġranet l-isptar fl-istess żmien, il-pazjenti.
Mill-istatistika li taha l-Ministru, f'erba' xhur saru 17,508 operazzjoni u medja ta' ġranet li qattgħu l-pazjenti l-isptar kien ta' madwar ħamest ijiem.
Dwar kemm marru persuni fl-emerġenza tal-isptar fl-istess erba xhur il-Ministru Mizzi qal li marru 42,299 persuna li minnhom inżammu l-isptar 11,279 persuna. Mill-istess ammont ta' persuni li marru l-emerġenza, kienu biss 10,500 li kienu riferuti mit-tobba tagħhom.