Lou Bondi b'kuntratt li se jiggarantilu €54,000

Timesofmalta.com, ħarġet din l-aħbar li turi li jaqla' iżjed mill-Prim Ministru

L-eks preżentatur u direttur tal-WE, Lou Bondi kellu l-kuntratt tiegħu biex iservi bħala konsulent fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru estiż għal sena oħra.

Għal dawn is-servizzi skont The Times Lou Bondi se jdaħħal €54,000 li jeskludi l-VAT. Dan jikkonsisti f'remunerazzjoni ta' €3,813 fix-xahar barra €8,240 għall-ispejjeż.

Skont il-kuntratt il-ġdid iffirmat minn Lou Bondi u l-PPS Mario Cutajar, Bondi se jkun iservi bħala konsulent fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fil-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Maltin sa nofs is-sena li ġejja.

 

Downloadable Files

More in Politika