F'Konferenza tal-aħbarijiet il-Kap tal-oppożizzjoni Simon Busuttil qal li wara l-provi li ħarġu grazzi għan-Net Tv u l-midja indipendenti issa hemm il-verita kollha dwar 'cover up' fil-każ tal-isparatura tax-xufier ta' Manwel Mallia. U dawn il-provi issa jwasslu lil partit Nazzjonalista bie xjitlob it-tbeħħija immedjata mhux biss ta' Mallia minn ministru iżda lil Ray Zammit minn aġent Kummissarju u lil Kurt Farrugia minn kap tal-informazzjoni tal-Prim Ministru.
Filwaqt li qal ukoll li jekk il-Prim Ministru ma jridx ikun kompliċi fil-każ għandu joħroġ il-log tat-telefonati kollha li għamel f'dawk is-sagħtejn u nofs minn meta saret l-isparatura sa ma ħarġet l-istqarrija, għax skont il-prim ministru dan ma kien jaf xejn qabel ħarġet l-istqarrija.
Simon Busuttil qal li ma jistax jifhem kif il-kap tal-informazzjoni tiegħu, Kurt Farrugia ma qallu xejn dwar dak li ġara qabel ħareġ l-istqarrija, "Għalhekk qed nisfidak pubblikament biex toħroġ il-log tat-telefonati kollha li irċevejt u li għamilt u ma min. Jekk ma tagħmilx dan ifisser li int kont kompliċi mal-cover up." qal Simon Busuttil lil Joseph Muscat.
Busuttil kompla jgħid li Mallia gideb meta qal li hu sar jaf eżatt x'ġara wara l-istqarrija (u wera filmat qed jgħid hekk) u qal li postu mhux tenibbli bħalma mhux tenibbli post Farrugia u post Ray zammit bħala aġent kummissarju.
Lil Prim Ministru qallu, "Come Clean. For Once say the truth and the Whole truth. Il-kredibilita ta' Joseph Muscat intilfet u nerġa ngħidlu ieqaf igdeb. Neħħi lil Manwel Mallia u agħti rendikont eżatt ta' dak li ġara." Sadattant qal li l-oppożizzjoni għalhekk qatt ma riedet tkun parti minn inkjesta li ma setgħet qatt toħroġ ir-responsabilita politika għax huma dak li kien jinteressahom.
Qabel temm il-konferenza wissa lil PBS li huma għandhom obbligu li jwasslu il-verita u l-aħbarijiet b'mod newtrali u mhux fuq każ bħal dan ma qalu xejn. "Dan hu l-istazzjon imħallas mill-poplu u kien grazzi għal midja Indipendenti li għenu lill-oppożizzjoni twassal il-verita.